Inkludi varjetà ta’ ħiliet diġitali
Aktar ma jkollok ħiliet diġitali, aktar ikun aħjar! In-negozji madwar id-dinja qalbu għat-telexogħol billi ħadmu kważi lejl u nhar biex jipproteġu lill-impjegati tagħhom mill-COVID-19. Huma ddependew fuq it-teknoloġija aktar minn qatt qabel u dan mhux mistenni li jinbidel wara l-pandemija. Aktar ma jkollok ħiliet diġitali, huwa aktar probabbli li tirnexxi fit-tfittxija ta’ impjieg tiegħek. L-impjegaturi se jagħtu importanza lill-esperjenza b’għodod online ġodda kif ukoll bil-Microsoft 365 tradizzjonali. Kun ċert li taf kif taqsam l-iskrin tiegħek u ffamiljarizza ruħek ma’ għodod popolari ta’ kollaborazzjoni online bħal Microsoft Teams u Zoom.
Enfasizza fuq il-kapaċità tiegħek li tkun flessibbli
Sabiex jissopravivu l-pandemija, in-negozji kellhom ikunu flessibbli. Huma adottaw modi ġodda ta’ ħidma fi żmien qasir ħafna. Xi negozji waqfu milli jagħmlu l-prodotti normali tagħhom u bdew jipproduċu xi ħaġa oħra biex jissodisfaw domandi ġodda, bħal maskri tal-wiċċ u sanitizzaturi tal-idejn. Il-flessibbiltà tagħhom ippermettitilhom li jkomplu jħallsu l-kontijiet tagħhom. Peress li ħafna negozji kellhom jinbidlu, se jkunu qed ifittxu nies li jistgħu jadattaw magħhom meta jkun meħtieġ. Se jkunu jeħtieġu nies li jistgħu jitgħallmu ħiliet ġodda, jegħlbu l-isfidi u jilqgħu ambjenti tax-xogħol differenti.
Uri komunikazzjoni tajba
Il-Komunikazzjoni wiċċ imb wiċċ qed issir anqas komuni hekk kif it-telexogħol isir aktar popolari. B’aktar opportunitajiet għal xogħol flessibbli, ħiliet ta’ komunikazzjoni tajba huma essenzjali. Huwa importanti li turi komunikazzjoni b'saħħitha f’kull stadju tal-proċess ta’ applikazzjoni, billi tibda mis-CV tiegħek. Il-ħiliet u l-kwalitajiet tiegħek għandhom jiġu ppreżentati b’mod ċar u formali. Is-CV tiegħek huwa l-post perfett biex telenka l-metodi li inti tuża biex tikkomunika, inklużi l-għodod online. Jekk għandek xi esperjenza fl-użu ta’ għodod ta’ komunikazzjoni online, kun ċert li tinkludihom!
Uri intelliġenza emozzjonali
Hekk kif it-telexogħol qed jiżdied, l-intelliġenza emozzjonali saret aktar importanti. Inti trid tkun kapaċi tikkontrolla l-emozzjonijiet tiegħek u timmotiva lilek innifsek (u xi drabi lil ħaddieħor) meta tkun barra mill-uffiċċju u lil hinn mill-kollegi tiegħek. Il-fatt li turi li tista’ tibni relazzjonijiet u tappoġġja lit-tim tiegħek meta taħdem mill-bogħod huwa ta’ vantaġġ kbir!
Uri li tista’ taħseb b’mod kritiku
Il-pandemija tal-COVID-19 għallmitna li l-ħsieb kritiku huwa ħila li wieħed importanti li jkollu. Fi żminijiet ta’ inċertezza, ħassieba kritiċi wrew li huma impjegati siewja billi sabu soluzzjonijiet għal sfidi mhux mistennija. Anke f’sitwazzjonijiet mhux ippjanati, huwa importanti li ma tippanikkjax u li tieħu deċiżjonijiet razzjonali.
Għalhekk, dawn huma l-ħames suġġerimenti ewlenin tagħna biex tħejji s-CV tiegħek għat-tfittix ta’ impjieg wara l-COVID-19 . Għal aktar suġġerimenti utli dwar it-telexogħol, ara l-artiklu tagħnaKif tkun produttiv(a) meta tkun qed taħdem mid-dar.
Fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.
Links relatati:
Kif tkun produttiv(a) meta tkun qed taħdem mid-dar
Aqra aktar:
Il-kondizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li għadhom se jittellgħu
Il-EURES fuq Facebook
Il-EURES fuq Twitter
Il-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 21 Awwissu 2020
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Ideat u SuġġerimentiĠranet tax-Xogħol/AvvenimentiŻgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Għajnuna u appoġġ
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles