Kun fil-ħin
Il-puntwalità hija fattur importanti fuq il-post tax-xogħol. U aħna mhux biss qegħdin nitkellmu dwar li tasal kuljum fil-ħin (għalkemm dan huwa definittivament essenzjali biex tħalli impressjoni tajba!); li tlesti x-xogħol fil-ħin huwa daqstant importanti. X’aktarx, fl-ewwel ftit ġimgħat tiegħek mhux ser ikollok wisq kompiti urġenti, iżda li tlesti malajr il-kompiti li ser tingħata ser jgħin lill-kollegi ġodda tiegħek biex jirrikonoxxu l-valur u l-kapaċitajiet tiegħek.
Ilbes pulit
Le, m’aħniex qegħdin ngħidu li kulħadd għandu jilbes suit – f’xi każijiet dan jista’ ma jħallix impressjoni daqshekk tajba! Iżda kulħadd għandu jagħżel l-ilbies tiegħu b’mod intelliġenti. Jekk ser toqgħod fuq saqajk il-ġurnata kollha, tilbisx żarbun li mhuwiex komdu. Jekk ser tinteraġixxi ma’ klijenti, tilbisx ħwejjeġ casual. Jekk ser tagħmel xi tip ta’ xogħol attiv jew manwali, tilbisx l-aħjar ħwejjeġ li għandek. Għalkemm dawn huma pariri ovvji, huwa sorprendenti l-għadd ta’ persuni li ma jsegwuhomx. Jekk inti m’intix ċert dwar x’tinvolvi s-sitwazzjoni, għaliex ma tistaqsix dwarha minn qabel? U hekk kif tibda tqatta’ aktar ħin fuq il-post tax-xogħol tiegħek, malajr ser titgħallem x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin.
Involvi ruħek
Li turi rieda li tinvolvi ruħek huwa ċertament mod tajjeb ta’ kif turi l-entużjażmu u l-impenn tiegħek. Huwa komuni li fl-ewwel ftit ġimgħat ta’ impjieg ġdid ikun hemm perjodi li fihom ma tantx ikun hemm xogħol u għalhekk, jekk issib ruħek f’din is-sitwazzjoni, għaliex ma taħtafx l-opportunità u tistaqsi jekk tistax tgħin f’xi ħaġa? Fejn tista’, idħol għall-kompiti b’ruħek u b’ġismek – anke jekk dawn ma jkunux uffiċjalment elenkati fid-deskrizzjoni tal-impjieg tiegħek – u ibqa’ ċert/a li tħalli impressjoni tajba ħafna fuq il-kollegi ġodda tiegħek.
Staqsi mistoqsijiet
L-ewwel ftit ġimgħat fuq post tax-xogħol ġdid – proprjament, l-ewwel ftit xhur – jinvolvu ħafna tagħlim. Filwaqt li ħafna minn dan ser tiksbu mix-xogħol li tingħata jew mill-kollegi tiegħek, dejjem hemm raġuni għaliex għandek titgħallem aktar. Il-fatt li tistaqsi l-mistoqsijiet juri li inti turi interess u jirrinforza dik ir-rieda u l-ħeġġa li titgħallem. Forsi inti tixtieq titgħallem aktar dwar suġġett partikolari. Forsi inti kurjuż/a dwar xi ħaġa li smajt jew qrajt. Għaliex ma taqtax il-kurżità li għandek u tistaqsi?
Kellem lit-tim tiegħek
X’aktarx, il-kollegi tiegħek ser ikunu taħlita ta’ persuni interessanti, bi sfondi u b'tipi ta’ personalità varji. Mil-lum ‘il quddiem, inti ser tibda tqatta’ ħafna aktar ħin magħhom, allura jagħmel sens li ssir tafhom xi ftit – u min-naħa l-oħra, li huma jsiru jafu lilek. Għaliex ma tistaqsihomx biex tmorru tieħdu kafè jew tmorru tieklu f’nofsinhar? Ambjent aktar informali jista’ jkun mod tajjeb ta’ kif issir tafhom aktar u tibda tibni relazzjonijiet mat-tim tiegħek.
Sabiex tibda l-ewwel fażi fuq post tax-xogħol ġdid, inti l-ewwel għandektipperfezzjona s-CV tiegħek u teċċella fl-intervista tiegħek. Fortunatament, aħna għandna xi pariri tajbin biex tibda t-triq tas-suċċess!
Aqra aktar:
Il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
L-EURES fuq Google+
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 1 Novembru 2017
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/IntraprenditorijaKaxxa tal-għodda tal-UE għall-mobilitàL-aħjar prattika tal-EURESTaħriġ EURESAħbarijiet esterni tal-EURESPartijiet interessati esterniIdeat u SuġġerimentiAħbarijiet interni tal-EURESĠranet tax-Xogħol/AvvenimentiAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàAħbarijiet/rapporti/statistikaXejriet ta' reklutaġġMidja soċjaliStejjer ta' suċċessŻgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- L-Għajxien u x-Xogħol
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles