Oħloq kont
Jekk għad ma għandekx kont mal-EURES, dan huwa l-ewwel pass ovvju li għandek tagħmel. Qatta’ ftit tal-minuti mill-ħin tiegħek timla l-formola online sempliċi u b’hekk tikseb aċċess għall-firxa sħiħa ta’ opportunitajiet ta’ Drop’pin@EURES.
Importa jew oħloq is-CV tiegħek online
Għandek żewġ għażliet meta tiġi għas-CV tiegħek: timporta wieħed eżistenti fil-format tal-Europass jew toħloq wieħed mill-ġdid fis-sistema tal-EURES. Jekk tagħżel it-tieni għażla kull ma għandek tagħmel huwa li tagħżel il-lingwa li tixtieq tuża u ttemm il-proċess li fih 10 passi. Imbagħad is-CV tiegħek jiżdied mal-bażi tad-data tal-EURES, fejn impjegaturi potenzjali jistgħu jaraw il-ħiliet, l-esperjenza u t-talenti tiegħek. Tista’ teditja s-CV tiegħek fi kwalunkwe ħin, anki wara li jkun ġie ppubblikat fuq il-bażi tad-data, u barra minn hekk hemm konfigurazzjonijiet ta’ privatezza li jippermettulek tagħżel liema informazzjoni tixtieq li dawn l-impjegaturi potenzjali jkunu jistgħu jaraw.
Iddefinixxi kriterju tat-tiftix għal impjieg/opportunità
Din il-karatteristika qiegħda hemm sabiex tiffaċilitalek kemm jista’ jkun it-tfittxija tiegħek għal opportunitajiet ġodda. Tista’ toħloq profili speċifiċi ta’ tiftix fejn tista’ tiddefinixxi kriterji bħall-post, it-tul tal-kuntratt u t-tip ta’ kuntratt. Issejvja l-profil u meta terġa’ żżur Drop’pin@EURES tista’ terġa twettaq it-tfittxija tiegħek sempliċiment billi tagħfas buttuna.
Applika għal opportunitajiet
Ladarba ssib opportunità li tinteressak, tista’ tapplika. Tista’ ssib kif tagħmel dan taħt is-sezzjoni "kif tapplika" ta’ kull opportunità, li ħafna drabi tieħdok fis-sit web tal-kumpanija jew tal-organizzazzjoni. Kull proċess ta’ applikazzjoni ser ikun differenti, u għalhekk kun ċert/a li tiffoka fuq ir-rekwiżiti speċifikati sabiex ikollok l-aħjar ċans ta’ suċċess.
Iċċekkja regolarment il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES jurik l-avvenimenti li ser isiru fl-Ewropa, bħal fieri dwar l-impjiegi u Jiem l-Impjiegi Ewropej (online u fuq il-post). Peress li avvenimenti relatati max-xogħol huma mod tajjeb ħafna ta’ netwerking, biex tibni konnessjonijiet u tiskopri opportunitajiet ġodda, tista’ tkun idea tajba li tiċċekkja l-kalendarju b’mod regolari sabiex tara liema avvenimenti qed iseħħu fl-oqsma ta’ interess tiegħek u ssir taf kif tista’ tinvolvi ruħek.
Ibbrawżja l-arkivju tal-aħbarijiet għal pariri siewja
It-taqsima tal-aħbarijiet ta’ Drop’pin@EURES hija mimlija b’artikli li joffru pariri, gwida u għarfien dwar suġġetti ewlenin li huma relatati mal-edukazzjoni u mat-taħriġ vokazzjonali (ETV). Kollox huwa kopert, minn kif tissimplifika s-CV tiegħek sa liema apps jgħinuk taħdem b’mod effiċjenti fuq ix-xogħol, li tagħmilha minjiera tad-deheb għal persuni li jaspiraw li jsibu xogħol.
Skopri l-ewwel impjieg EURES tiegħek u l-inizjattiva ta’ traineeships ma’ Digital Opportunity
Drop’pin@EURES mhux biss jippubblika l-opportunitajiet tiegħu; iżda jappoġġja wkoll inizjattivi u servizzi bħal L-ewwel impjieg EURES tiegħek u t-Traineeships ma’ Digital Opportunity. It-tnejn li huma joffru liż-żgħażagħ iċ-ċans li jespandu l-ħiliet tagħhom u jiksbu esperjenza siewja ta’ xogħol f’pajjiż ieħor tal-UE, għalhekk ta’ min jagħtihom daqqa t’għajn.
Sir af aktar
Tixtieq issir taf aktar dwar Drop’pin@EURES u x’jista’ joffri? Żur is-sit web ta’ Drop’pin@EURES jew agħti ħarsa lejn l-aħħar pubblikazzjoni tagħna.
Links relatati:
Oħloq profili speċifiċi ta’ tfittxija
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Traineeships ma’ Digital Opportunity
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 18 Jannar 2018
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Żgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Għajnuna u appoġġ
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles