Oħloq kont
Jekk għad m’għandekx kont mal-EURES, dan huwa l-ewwel pass loġiku. Qatta’ ftit tal-minuti mill-ħin tiegħektimla l-formola online sempliċi u b’hekk l-organizzazzjoni tiegħek tikseb aċċess għall-firxa sħiħa ta’ benefiċċji ta’ Drop’pin@EURES’s talli tagħmel dan.
Irreklama impjieg
Kull pajjiż juża proċess differenti, iżdal-punt tat-tluq huwa l-istess. Agħżel il-pajjiż tiegħek mill-kaxxa dropdown u mbagħad segwi l-links li jidhru. Meta tirreklama impjieg fuq Drop’pin@EURES, inti ser tilħaq grupp stabbilit diġà ta’ impjegati żgħażagħ potenzjali minn madwar l-Ewropa.
Ippubblika opportunità għaż-żgħażagħ
Opportunitajiet għaż-żgħażagħ ippubblikati fuq Drop’pin@EURES jistgħu jinkludu apprendistati, traineeships, taħriġ fil-lingwi, tagħlim elettroniku, volontarjat, appoġġ għall-intraprenditorija u ħafna aktar. Dawn jistgħu jiġu ppubblikati b’mod manwali (dan huwa rrakkomandat għal organizzazzjonijiet iżgħar, jew għal opportunitajiet individwali) jew jistgħu jittieħdu direttament minn fuq is-sit web tal-kumpanija jew tal-organizzazzjoni tiegħek (dan huwa rrakkomandat għal organizzazzjonijiet ikbar jew għal opportunitajiet multipli). Meta tirreklama impjieg, il-benefiċċju kbir li tippubblika opportunità għaż-żgħażagħ fuq Drop’pin@EURES huwa l-udjenza stabbilita diġà ta’ żgħażagħ ifittxu opportunitajiet eżattament bħal tiegħek.
Sib kandidati u imla l-pożizzjonijiet vakanti
Ladarba inti tippostja impjieg jew opportunità, Drop’pin@EURES jippermettilek tfittex kandidati potenzjali li jaqblu mal-ħtiġijiet tiegħek. Inti tista’ tara s-CVs tagħhom, tikkontrolla l-ħiliet u l-esperjenza tagħhom u ssib l-impjegat il-ġdid perfett.
Ibbrawżja l-arkivju tal-aħbarijiet għal artikli u pariri interessanti
It-taqsima tal-aħbarijiet ta’ Drop’pin@EURES hija mimlija b’artikli li joffru pariri, gwida u għarfien dwar suġġetti ewlenin li huma relatati mar-riżorsi umani u l-maniġment. F’din it-taqsima wieħed isib kull tip ta’ informazzjoni, fosthom għaliex id-differenzi kulturali huma essenzjali għal kumpanija sa suġġerimenti dwar kif tista’ toħloq post tax-xogħol ta’ suċċess u dan jagħmilha riżorsa utli għal kwalunkwe kumpanija jew organizzazzjoni li qed tfittex li tespandi l-orizzonti tagħha.
Skopri l-ewwel impjieg tal-EURES tiegħek u Reactivate
Drop’pin@EURES mhux biss jippubblika l-opportunitajiet tiegħu; iżda jappoġġja wkoll inizjattivi u servizzi bħalL-ewwel impjieg EURES tiegħek u Reactivate. It-tnejn li huma jikkonsistu fi skemi tal-mobbiltà mmirati li jgħinu lill-organizzazzjonijiet u lill-kumpaniji jsibu impjegati kkwalifikati minn Stat Membru ieħor tal-UE sabiex jeliminaw id-diskrepanzi fil-ħiliet. Jekk qed tbati biex issib impjegati b’sett ta’ ħiliet speċifiċi fil-pajjiż tiegħek stess, allura L-ewwel Impjieg EURES tiegħek u Reactivate jistgħu jkunu t-tweġiba.
Sir af aktar
Tixtieq issir taf aktar dwar Drop’pin@EURES u x’jista’ joffri lil organizzazzjonijiet jew negozji bħal tiegħek? Żur il-paġna web ta’ Drop’pin@EURES jew ara l-pubblikazzjonijiet t’hawn taħt:
Ibda uża Drop’pin@EURES u ppubblika l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ f’minuti
Kumpaniji u organizzazzjonijiet: sir af aktar
Fornituri tal-edukazzjoni: sir af aktar
Links relatati:
biextfittex għal kandidati potenzjali
Ibda uża Drop’pin@EURES u ppubblika l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ f’minuti
Kumpaniji u organizzazzjonijiet: sir af aktar
Fornituri tal-edukazzjoni: sir af aktar
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 8 Frar 2018
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/IntraprenditorijaPartijiet interessati esterni
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Għajnuna u appoġġ
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles