Mur għall-kontenut ewlieni
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet9 Mejju 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Espatrijati kuntenti jaqsmu l-Big Danish Moment (il-Mument Daniż Tagħhom)

“My Big Danish Moment” hu serje ta’ filmati qosra li juru t-testimonjanza ta’ espatrijati li għażlu li jgħixu u jaħdmu fid-Danimarka.

Happy expats share their Big Danish Moment
EURES

Il-filmati huma ppubblikati fuq is-sit web ta’ Workindenmark, parti min-netwerk tal-EURES u mill-Ministeru tal-Impjiegi Daniż.

Hekk kif l-espatrijati fid-Danimarka jitkellmu dwar l-isfidi tax-xogħol tagħhom u l-ħajja tad-dar, joħorġu għadd ta’ fatturi komuni: l-istil ta’ ħajja, is-sens ta’ komunità u n-nuqqas ta’ ġerarkija li tfisser li kulħadd jista’ jikseb dak li jrid.

L-inġiniera Portugiżi Cristina Ferreira u Pedro Santos kellhom impressjoni tajba ta’ dik l-ugwaljanza. Cristina tgħid, “L-organizzazzjoni hi ċatta ħafna. Tista’ titkellem mal-ħaddiema kollha u l-ħaddiema kollha jistgħu jagħtu suġġerimenti u jersqu lejn il-kap u jgħidu, “missna ntejbu dik.” Id-Danimarka hu pajjiż żgħir, bħall-Portugall, iżda għandha wkoll ħafna kumpaniji b’saħħithom, allura naħseb li huwa l-post adattat għal inġinier.”

L-esperjenza tal-ġeoxjenzat Ġermaniż Hannes Koopmann kienet simili: “Jekk trid ir-responsabbiltà, allura se tingħatalek. Impressjoni tajba li ħadt tax-xogħol fid-Danimarka hi l-ġerarkija ċatta... bażikament tista’ tkellem lil kwalunkwe kap wiċċ imb’wiċċ.”

Għall-Ispanjola Maria Perez, tabiba, il-fatt li tista’ tibdel il-vjaġġ ta’ tliet sigħat tagħha ma’ rikba qasira bir-rota għall-post tax-xogħol hu wieħed mill-ħafna sfidi li biddlu l-ħajja tal-familja tagħha minn mindu marru d-Danimarka. Hi qalet, “Jien iddeċidejt li niġi d-Danimarka għaliex kelli bżonn bidla f’ħajti.”

Shoji Igi, mill-Aġenzija Daniża għas-Suq tax-Xogħol u r-Reklutaġġ f’Kopenħagen tgħid li “Kandidati kwalifikati ħafna huma dejjem imfittxija fid-Danimarka, b’mod speċjali, l-ispeċjalisti fl-IT, l-ispeċjalisti fix-xjenzi tal-ħajja u t-tobba.”

Apparti l-filmati li juru t-testimonjanza tal-espatrijati, Workindemark għandu serje ta’ filmati istruttivi li jispjegaw il-proċessi li ħafna drabi, dawk il-persuni internazzjonali li jkunu qed ifittxu impjieg isibuhom diffiċli jew mhux familjari. Dawn joffru appoġġ b’affarijiet bħal pereżempju l-użu tal-bażi ta’ data tal-opportunitajiet tax-xogħol u kif wieħed jipprepara l-ittra ta’ introduzzjoni.

Shoji tispjega li l-proċess ta’ applikazzjoni fid-Danimarka jista’ jkun differenti minn dak li huma mdorrijin bih. “Fit-tfittxija tagħhom għal impjieg, ħafna kandidati internazzjonali jissorprendu ruħhom li l-applikazzjoni u s-CV tagħhom iridu jkunu mfassliin b’mod speċifiku għar-riklami għall-impjiegi li jkunu qed japplikaw għalihom, u li hu komuni li ssir telefonata lill-impjegaturi futuri potenzjali qabel ma tintbagħat applikazzjoni.” 

 

Links relatati:

Serje ta’ filmati “My Big Danish Moment”

Ministeru tal-Impjiegi Daniż

 

Aqra aktar:

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet ta’ għajxien u xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avveniment Online li jmiss

EURES fuq Facebook

EURES fuq Twitter

EURES fuq LinkedIn

Temi
Negozju/IntraprenditorijaPartijiet interessati esterniAħbarijiet/rapporti/statistikaMidja soċjaliŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.