Mur għall-kontenut ewlieni
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet2 Mejju 2019L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Park tas-safari Ġermaniż jingħaqad mal-EURES biex jirrekluta persuni Taljani li qed ifittxu xogħol

Fi Frar, il-Persunal tal-EURES miz-Zentrale Auslands- und Fachvermittlung (ZAV) fis-Sassonja t’Isfel-Bremen, il-Ġermanja, ingħaqad ma’ wieħed mill-ikbar parks tas-safari tal-Ewropa biex jospita żewġ avvenimenti ta’ reklutaġġ fl-Italja.

German safari park teams up with EURES to hire Italian jobseekers
TBC

L-Uffiċjal responsabbli mill-Kollokament f’Impjieg Marianne Perrin u l-kollega tagħha Stephanie Diegel organizzaw avvenimenti fil-bliet Taljani ta’ Ancona u Macerata f’kollaborazzjoni mas-Serengeti Park. Huma kienu appoġġati minn Kollegi mill-EURES tal-Italja, li kienu f’kuntatt ma’ persuni Taljani li qed ifittxu xogħol u stiednu 27 kandidat għall-avveniment bħala parti mill-proċess ta’ qabel l-għażla.

Fl-avveniment, introduzzjoni ġenerali mill-Persunal tal-EURES miz-ZAV kienet segwita minnufih minn intervisti ma’ rappreżentanti mill-park. Sat-tmiem tal-avvenimenti, 14-il kandidat - iktar min-nofs ta’ dawk preżenti - ġew reklutati!

Opportunità mhux mistennija, iżda ideali

Serena kienet waħda mill-parteċipanti li kellhom suċċess li attendiet l-avveniment f’Macerata. Sentejn ilu, hi ggradwat mill-kulleġġ bi kwalifika fl-ospitalità, iżda l-ħolma tagħha kienet li taħdem mal-annimali. Meta semgħet dwar l-avveniment fuqFacebook, l-opportunità li taħdem għal park tas-safari kienet tidher ideali.

“Meta qrajt dwar dan il-proġett, mill-ewwel ħsibt li dan kien perfett għalija! Għalhekk stajt nikkombina d-diploma tiegħi fl-ospitalità mal-passjoni kbira tiegħi għall-annimali,” hi spjegat. “L-avveniment kien sabiħ ħafna,” qalet, u kompliet tgħid li “kollox intwera b’mod perfett, billi beda minn diskors ġenerali dwar il-Ġermanja u kompla sa informazzjoni dettaljati dwar is-salarji u t-taxxi”.

Lingwa kondiviża tibni minnufih fiduċja

Parteċipanta oħra, Maria, saret taf ukoll dwar l-avveniment permezz ta’ Facebook. Maria qalet li verament għoġobha l-avveniment “peress li l-atmosfera ma tantx kienet formali u kollha kienu interessati li jsibu xogħol li kien jgħodd eżatt għall-profil tiegħi.”

Kif spjegat Marianne, “l-impjegatur seta’ jirrekluta wkoll kandidati bi ftit jew xejn għarfien tal-Ġermaniż, peress li s-sidien tal-park huma familja Taljana u xi maniġers jitkellmu bit-Taljan.”

“Waħda minnhom kienet magħna u tat preżentazzjoni bit-Taljan u għamlet ukoll l-intervisti mal-kandidati mingħajr għarfien tal-Ġermaniż. Naturalment dan kien ta’ vantaġġ kbir biex tinbena atmosfera ta’ fiduċja.”

Marianne qalet li l-fatt li tiċċaqlaq biex tmur il-Ġermanja jirrappreżenta “opportunità sabiħa ħafna biex jitnaqqas id-distakk tal-qgħad, biex wieħed jipprattika l-lingwa Ġermaniża u biex wieħed jieħu esperjenza internazzjonali bi ftit riskju personali u b’ħafna opportunitajiet.”

Ħafna mill-impjiegi tal-park huma staġjonali, għalkemm jista’ wkoll ikun hemm opportunitajiet biex wieħed jibqa’ hemm fit-tul. Dan jgħodd ħafna għal Serena u Maria, li t-tnejn jinsabu kuntenti biex jaraw kif l-affarijiet ser imorru qabel ma’ jieħdu kwalunkwe deċiżjoni fit-tul.

Appoġġ minn “L-ewwel impjieg EURES tiegħek”

Kemm Serena kif ukoll Maria qed jippjanaw li jmorru jgħixu l-Ġermanja biex jibdew jaħdmu f’April. Biex jitħejjew għal dan iċ-ċaqliq tagħhom, qed jipparteċipaw f’kors intensiv fil-lingwa Ġermaniża, imħallas għalkollox u appoġġat mill-Iskema tal-ewwel impjieg EURES tiegħek.

Għal Serena, l-opportunità biex taħdem fil-Ġermanja kienet ta’ sorpriża, iżda kienet opportunità li ma setgħetx ma taċċettax: “Biex inkun onesta, qatt ma ħsibt fil-Ġermanja bħala pajjiż fejn nista’ naħdem u ngħix, iżda ma stajtx nitlef l-opportunità. Nispera li din l-istorja tiegħi tista’ tgħin lil xi ħadd biex isegwi din it-triq li għalija kienet qisha rigal.”

Wara din l-inizjattiva ta’ suċċess, Marianne u l-kollegi tagħha fiz-ZAV qed jippjanaw biex jorganizzaw aktar avvenimenti simili fl-Italja ma’ impjegaturi tal-ospitalità Ġermaniżi.

Jekk tixtieq tibqa’ infurmat dwar avvenimenti li ġejjin, kun ċert li ssegwi z-ZAV fuq LinkedIn, irreġistra fuq il-portal tal-EURES u kkuntattja l-Persunal lokali tiegħek tal-EURES.

 

Links relatati:

Zentrale Auslands- und Fachvermittlung (ZAV)

L-EURES fuq Facebook

L-ewwel impjieg EURES tiegħek

ZAV fuq LinkedIn

Il-portal tal-EURES

 

Aqra aktar:

Jiem Ewropej tal-Impjiegi

Drop’pin@EURES

Sib Persunal tal-EURES

Il-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-bażi tad-data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
L-aħjar prattika tal-EURESAħbarijiet esterni tal-EURESĠranet tax-Xogħol/AvvenimentiXejriet ta' reklutaġġMidja soċjaliStejjer ta' suċċessŻgħażagħ
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.