Jekk qed tqatta’ aktar ħin mis-soltu d-dar minħabba s-sitwazzjoni attwali tal-COVID-19, jista’ jkun li tkun qed tfittex passatempi produttivi u opportunitajiet biex ittejjeb il-ħiliet tiegħek. Jekk dan huwa minnu, tista’ tuża din l-opportunità biex tibda titgħallem lingwa ġdida jew taġġorna l-ħiliet eżistenti tiegħek.
Għalkemm dan mhuwiex iż-żmien ideali biex wieħed jirreġistra għal kors wiċċ imb’wiċċ, hemm ħafna għodod virtwali mingħajr ħlas biex jgħinuk tibda titgħallem. F’dan l-artikolu, ġbarna lista ta’ wħud mill-favoriti tagħna.
Duolingo:
Sakemm ma tkunx ġdid għat-tagħlim tal-lingwa, huwa probabbli li inti diġà ltqajt ma’ Duolingo, li għandha aktar minn 300 miljun utent irreġistrat magħha. Il-korsijiet tagħha huma disponibbli fi 23 lingwa u huma separati f’suġġetti b’firxa wiesgħa mill-ikel għan-negozju.
Duolingo mhijiex daqstant iffokata fuq il-grammatika daqs xi għodod oħra, iżda l-eżerċizzji qosra tagħha, bl-użu ta’ viżwali f'kartuns u logħob li fih jingħatawlek punti, se jgħinuk biex titgħallem vokabolarju u frażijiet utli malajr kemm jista’ jkun. Din tuża perċentwal stmat ta’ fluwenza biex issegwi l-progress tiegħek u t-teknoloġija tagħha tadatta l-eżerċizzji għalik. Iżda l-akbar vantaġġ tagħha huwa, li l-użu tagħha huwa kompletament mingħajr ħlas.
Suġġeriment: Jekk tieħu gost tuża Duolingo, Mindsnacks tieħu l-elementi ewlenin tal-logħob saħansitra lil hinn minn hekk. L-apps tagħha joffru firxa ta' attivitajiet ta' logħob, li ħafna minnhom huma disponibbli mingħajr ħlas.
Memrise:
Memrise tiffoka fuq it-tagħlim ta’ lingwa b’mod realistiku. Il-korsijiet tagħha fihom eluf ta' filmati ta' kelliema nattivi, li jgħinu lill-utenti jifhmu lingwi realistiċi u aċċenti awtentiċi. L-għan tagħha huwa li ddaħħlek f’kultura lokali u ġġiegħlek tħossok bħallikieku inti mdawwar b’kelliema nattivi. Memrise toffri korsijiet mingħajr ħlas f’varjetà ta’ lingwi fuq l-app tagħha, għalkemm abbonament bi ħlas jagħtik aċċess għal korsijiet u għal karatteristiċi addizzjonali.
Busuu:
Busuu toffri għażla ta’ eżerċizzji mingħajr ħlas u kwiżżijiet divertenti, għalkemm se jkollok bżonn ta’ abbonament biex taċċessa karatteristiċi bħal konverżazzjonijiet reali ma’ kelliema nattivi. Bħal Duolgo , Busuu tuża persentaġġ ta' esperjenza inkorporat biex jiġi segwit il-progress, u tista' toffri pjanijiet ta' studju personalizzati u rikonoxximent tad-diskors biex jgħinek tipprattika d-diskors tiegħek u tirċievi rispons. Jekk tixtieq titgħallem lingwa li mhijiex Ewropea, Busuu tista’ tkun l-għażla għalik. Din toffri biss 12-il lingwa, iżda dawn jinkludu l-Għarbi, iċ-Ċiniż u l-Ġappuniż.
Drops u Scripts:
Jekk il-prijorità tiegħek hija li titgħallem vokabularju ġdid, mela pprova Drops. L-app tgħaqqad elementi viżwali u ħsejjes li jgħinuk titgħallem malajr kliem ġdid. Il-limiti tal-verżjoni mingħajr ħlas tagħha huma ta’ ħames minuti ta’ tagħlim kuljum u jeħtieġ li ssib mod ieħor kif titgħallem il-grammatika u l-istrutturi, iżda dawn l-eżerċizzji qosra huma ideali jekk qed tfittex li tespandi l-vokabularju tiegħek malajr. Scripts hija applikazzjoni simili li tiffoka fuq it-tagħlim ta’ lingwa b’alfabett ġdid, bħalma hi l-kitba biċ-Ċirilliku.
Tandem:
Jekk diġà għandek xi għarfien ta' lingwa u qed tfittex li tipprattika it-taħdit, għaliex ma tippruvax issib sieħeb? Tandem hija l-komunità dinjija ta’ skambju ta’ lingwi, b’miljuni ta’ membri. L-idea hija li wieħed jissieħeb ma’ kelliem nattiv ta’ lingwa oħra sabiex tkun tista’ tipprattika u tgħinu lil xulxin jitgħallmu l-lingwi rispettivi tiegħek. Jekk int lest/a li tħallas għal għalliem professjonali, Italki u Verbling joffru lezzjonijiet individwali virtwali, iżda sieħeb jew sieħba fuq Tandem jistgħu joffrulek l-appoġġ kollu li teħtieġ mingħajr ħlas.
Links relatati:
Aqra aktar:
Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li għadhom se jsiru
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 18 Mejju 2020
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/IntraprenditorijaIdeat u SuġġerimentiXejriet ta' reklutaġġŻgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- L-Għajxien u x-Xogħol
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles