Meta tistudja barra minn pajjiżek... turi l-ħeġġa u l-intelliġenza tiegħek
Wieħed jista’ jsibha diffiċli biex jidħol fis-suq tax-xogħol u għaldaqstant kwalunkwe ħaġa li tgħinek tispikka mill-oħrajn hija inċentiv. Meta tkun studjajt barra minn pajjiżek se turi lill-impjegaturi potenzjali li kellek il-ħeġġa u l-intelliġenza li toħroġ mill-qoxra komda tiegħek u tmur tgħix f’pajjiż ieħor. Dan juri li għandek esperjenza kulturali, dedikazzjoni għall-karriera li għażilt, inti adattabbli, u li tixtieq tieħu vantaġġ mill-opportunitajiet li tiġi offrut.
Meta tistudja barra minn pajjiżek... toħloq konnessjonijiet globali
Fil-kors tiegħek, probabbilment se jkun hemm ħafna studenti mill-pajjiż li mort tgħix fih, iżda se jkun hemm ukoll ħafna studenti fl-istess pożizzjoni bħalek. Dan joffrilek opportunità kbira biex tagħmel ħbieb ma’ nies minn madwar id-dinja – konnessjonijiet li jistgħu jibqgħu tul ħajtek u l-karriera kollha tiegħek. Qatt ma tista’ tkun taf meta jaf tiġi bżonn tfittex opportunità xogħol f’pajjiż partikolari u tiftakar f’xi ħadd li kien fil-kors miegħek minn dak il-pajjiż u li lest li jtik daqqa t’id minn qalbu!
Meta tistudja barra minn pajjiżek... iżżid l-indipendenza u l-kunfidenza tiegħek
Ejja nkunu onesti, li tistudja barra minn pajjiżek jista’ joħloq sens ta’ biża’ anke f’dawk l-aktar kunfidenti. Irid ikollok il-kuraġġ biex tħalli warajk il-familja, il-ħbieb u s-sens ta’ familjarità biex tmur tgħix f’post ġdid u li ma tafux, iżda dan joffri wkoll il-potenzjal li żżid l-indipendenza u l-kunfidenza tiegħek kif ukoll il-fiduċja fik innifsek. Dawn huma kollha ħiliet li se jgħinuk tirnexxi matul iż-żmien li tqatta’ barra minn pajjiżek, u fuq kollox għall-futur tiegħek, peress li l-impjegaturi jagħtuhom valur kbir.
Meta tistudja barra minn pajjiżek... tiftaħ għajnejk u moħħok
Ħafna minna jitrabbew f’ambjenti kemxejn magħluqa, b’sistemi ta’ valuri u twemminiet li jkunu diġà jeżistu minn qabel. Dan ifisser li l-esperjenzi tagħna u dak li nkunu esposti għalih jistgħu jkunu pjuttost limitati. Li tistudja barra minn pajjiżek huwa mod tajjeb ħafna tegħleb dan kollu u biex tiftaħ għajnejk u moħħok għal dak kollu li għandha x’toffri d-dinja. Li tinvolvi ruħek b’mod attiv f’kultura oħra jġib miegħu benefiċċji u sfidi li tiltaqa’ ma’ varjetà ta’ nies differenti, ilkoll b’ideat, opinjonijiet u fehmiet differenti. Jekk titgħallem tikkomunika b’mod effettiv ma’ dawk kollha ta’ madwarek u tuża d-differenzi tiegħek b’mod pożittiv, allura tkun f’pożizzjoni tajba biex tagħmel l-istess fuq xogħlok fil-futur.
Dawn huma l-erba’ raġunijiet għaliex l-istudju barra minn pajjiżek jista’ jgħinek fil-karriera tiegħek. Jekk inti interessat li taħdem barra minn pajjiżek, iċċekkja l-artiklu riċenti tagħna Li taħdem barra minn pajjiżek: X’se nieħu minnu?
L-artiklu sar fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.
Aqra aktar:
Il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Id-Database tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 17 Jannar 2020
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/IntraprenditorijaIdeat u SuġġerimentiŻgħażagħ
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles