Mur għall-kontenut ewlieni
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet22 Ġunju 2021L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Ħames raġunijiet għaliex ikollok ċans akbar li tiġi impjegat/a jekk titgħallem lingwa

Il-fatt li titkellem lingwa barranija jista’ jgħinek tispikka fis-suq tax-xogħol u tiġbed l-attenzjoni ta’ min ikun qed jirrekluta. Il-fatt li tkun bilingwi mhux biss idher bħala ħaġa tajba fis-CV tiegħek — jgħinek tiżviluppa ħiliet oħra li l-impjegaturi jsibu attraenti f’ħaddiema potenzjali.

Five reasons why learning a language can boost your employability
Unsplash

Ħila li kulħadd ifittex

L-internet għamilha aktar faċli minn qatt qabel għall-kumpaniji biex jespandu għas-swieq internazzjonali. B’ħafna negozji iżgħar li qed jilħqu klijenti u sħab internazzjonali, numru dejjem jikber ta’ offerti ta’ impjieg jeħtieġu li persuna tkun taf it-tieni lingwa. Għalhekk, kemm jekk qed tfittex xogħol f’korporazzjoni kbira kif ukoll f’kumpanija żgħira, hemm ċans kbir li trid tkun titkellem tal-anqas lingwa barranija waħda.

Uri li int differenti mill-oħrajn

Il-kompetizzjoni fis-suq tax-xogħol tista’ tkun iebsa, bl-offerti ta’ impjieg li kulħadd ikun jixtieqhom jirċievu mijiet, xi drabi eluf, ta’ applikazzjonijiet. Li tkun taf it-tieni jew it-tielet lingwi jista’ jgħinek tispikka mill-oħrjan, speċjalment meta l-esperjenza u l-kwalifiki tiegħek ikunu jixbħu lil dawk tal-kandidati l-oħrajn. Kun ċert li l-ħiliet lingwistiċi tiegħek huma inklużi f’post prominenti fis-CV tiegħek ħalli żgur jidhru.

Saħansitra hemm min jargumenta li, b’35 % tal-Ewropej ta’ bejn il-25 u l-64 sena huma bilingwi, li titkellem b’żewġ lingwi ma għadhiex xi ħaġa daqshekk unika, u dawk li qed ifittxu x-xogħol għandhom jimmiraw li jitgħallmu t-lingwa barranija biex jispikkaw.

Salarju ogħla

L-impjegati li kapaċi jitkellmu b’lingwa barranija ġeneralment jitħallsu aħjar minn dawk li huma monolingwi. Studju jissuġġerixxi li jekk titkellem b'tieni lingwa hemm il-probabilità li s-salarju tiegħek ikun bejn 11 % u 35 % aktar, skont il-lingwa u l-pajjiż li tkun ibbażat fih. Pereżempju, fi Franza hemm aktar kelliema tal-Ispanjol bħala t-tieni lingwa milli hemm fil-Latvja, u għalhekk id-domanda għal din il-lingwa tvarja bejn dawn iż-żewġ pajjiżi.

Aktar opportunitajiet ta’ xogħol

Li tkun bilingwi jew multilingwi jista’ jiftaħlek bibien fi swieq tax-xogħol ġodda. Li taħdem ma’ kumpanija barranija ma għadux ifisser li trid tirriloka. Issa li x-xogħol mid-dar qiegħed jiżdied minħabba l-COVID-19, il-kumpaniji huma ħafna aktar disposti minn qabel li jimpjegaw teleħaddiema. Għalhekk apparti li tfittex impjiegi li jeħtieġu l-lingwi li titkellem, tista’ wkoll tfittex swieq tax-xogħol fil-pajjiżi ta’ dawk il-lingwi. Portali internazzjonali tax-xogħol bħall-EURES huma l-post perfett għalik biex tibda tfittex.

Li tkun bilingwi jagħti spinta lil ħiliet oħrajn

Ir-riċerka tissuġġerixxi li n-nies li jitkellmu b’lingwa barranija waħda jew aktar huma aħjar biex isolvu l-problemi, u huma aktar kreattivi u aktar kapaċi jagħdru. Li ssolvi l-problemi, tkun kreattiv u taf tagħder huma ħiliet personali imprezzabbli li kwalunkwe impjegatur japprezza f’kandidat. Jingħad ukoll li persuni bilingwi u multilingwi huma aktar disposti jaċċettaw il-perspettiva ta’ nies oħrajn u aħjar biex jistabbilixxu konnessjonijiet interpersonali, li huma ħiliet tajbin ukoll, speċjalment f’oqsma bħas-servizz għall-klijenti u r-relazzjonijiet kummerċjali.

Trid tipprattika l-ħiliet lingwistiċi u taġġorna l-għarfien tiegħek?  Iċċekkja dawn l-għodod għat-tagħlim tal-lingwi mingħajr ħlas biex jgħinuk ittejjeb il-ħiliet tiegħek mid-dar.

Fi sħubija mal-EURES, il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol.

 

Links relatati:

EURES: Sib impjieg fl-Ewropa

Fl-Ewropa, li wieħed jitkellem aktar minn lingwa waħda għadu privileġġ

Skont ir-riċerka, in-nies bilingwi huma aktar intelliġenti, aktar kreattivi u aktar kapaċi jagħdru.

Il-primjum tal-paga mill-ħiliet f’lingwi barranin

 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Sib Konsulenti tal-EURES

Kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li se ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Aħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàXejriet ta' reklutaġġŻgħażagħ
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.