L-aqwa ħaġa dwar l-EOJDs hija li inti ma jkollokx għalfejn tkun fil-belt ospitanti. Avvenimenti fuq il-post jistgħu wkoll jiġu aċċessati online sabiex inti tkun tista’ tipparteċipa irrispettivament minn fejn tkun fl-Ewropa.
Il-parteċipazzjoni f’jum għall-impjiegi tista’ tkun esperjenza intimidanti, għalhekk sew jekk tkun qed tattendi personalment jew jekk tkun qed tipparteċipa online, qed ngħaddulek xi ftit pariri biex jgħinuk tipprepara u tibbenefika minn din l-esperjenza.
Agħmel ir-riċerka
Biex tieħu sehem f’EOJD ikollok bżonn tirreġistra minn qabel. L-avvenimenti huma b’xejn, għalhekk ir-reġistrazzjoni hija sempliċi. Il-pass li jmiss huwa li tagħmel ir-riċerka dwar il-kumpaniji parteċipanti, il-proġetti u l-valuri ewlenin tagħhom.
Il-lista ta’ organizzazzjonijiet li jkunu se jipparteċipaw tiġi ppubblikata minn qabel fuq il-paġna tal-avveniment, sabiex inti tkun tista’ tiddeċiedi ma’ min tixtieq titkellem u tħejji xi mistoqsijiet xierqa. Li tkun kapaċi turi għarfien tal-kumpaniji u l-proġetti tagħhom, juri li għandek interess u taf tieħu l-inizjattiva, u jistgħu jgħinuk tispikka aktar.
Applika għal impjiegi minn qabel
L-impjiegi huma wkoll disponibbli online, u l-parteċipanti jistgħu japplikaw minn qabel. Meta tagħmel dan tkun tista’ tippjana bil-quddiem u timmassimizza l-ħin tiegħek matul tmiem il-ġimgħa. Dan jagħtik l-opportunità li tagħmel riċerka dwar il-kumpaniji f’aktar dettall.
Qabel ma tapplika, hemm xi affarijiet li għandek tikkunsidra. “Agħti ħarsa lejn kif tidher CV fil-Ġermanja u x’tip ta’ informazzjoni jkun fihom. Jista’ jkun hemm differenzi kbar bejn dak li CV ikun jeħtieġ f’pajjiżek u dak li jeħtieġ CV fil-pajjiż li tixtieq taħdem fih,” tispjega Natalia Giménez Pérez, Konsulent miċ-Ċentru Ġermaniż ta’ Appoġġ tal-Migrazzjoni tas-Servizz Pubbliku għall-Impjiegi. Hija żiedet tgħid, “il-kumpaniji Ġermaniżi jitolbu għal “ittra ta’ motivazzjoni” li għandha tispjega għalfejn tixtieq tapplika għal impjieg ma’ din il-kumpanija u għal din il-pożizzjoni tax-xogħol b’mod speċifiku”.
Preparazzjoni għall-intervista
“Ipprepara preżentazzjoni qasira dwarek bl-Ingliż jew bil-Ġermaniż biex tuża waqt it-taħditiet tiegħek mal-impjegaturi. Żomm f’moħħok li informazzjoni differenti dwarek tista’ tkun importanti għall-kumpaniji differenti u għall-pożizzjonijiet ta’ xogħol differenti,” tgħid Natalia.
Barra minn hekk, għandek tipprepara tweġibiet għal mistoqsijiet komuni bħal “Għaliex trid taħdem għall-kumpanija tagħna?” u “Għaliex inti l-kandidat ideali għal din il-pożizzjoni?”
Natalia tirrakkomanda wkoll li għandek tagħmel l-istess fir-rigward tal-pajjiż li tixtieq tmur tgħix fih. Impjegaturi jistgħu jistaqsu għaliex trid taħdem fil-Ġermanja, u jistaqsu dwar l-għarfien tiegħek dwar ir-reġjun fejn tinsab il-kumpanija tagħhom. “Li tkun kapaċi twieġeb għal dawn il-mistoqsijiet juri li għandek pjan imħejji sew u mhux biss ħsieb spontanju,” tispjega hi.
Xi suġġerimenti tal-aħħar
Jekk inti tkun tista’ tattendi għall-avveniment fuq il-post, tkun trid tagħti impressjoni tajba tiegħek innifsek. Aċċerta ruħek li tilbes adattat, li jkollok għarfien tajjeb tal-Ingliż jew tal-Ġermaniż u li jkollok xi CVs stampati li tkun tista’ tagħti lill-esibituri (bl-Ingliż jew bil-Ġermaniż).
Għal dawk li jipparteċipaw online, ivverifika minn qabel li t-tagħmir tiegħek ikun qiegħed jaħdem sew. Kun żgur li għandek konnessjoni WiFi jew bil-cable stabbli, u kun żgur li l-ispeakers/il-headset u l-webcam tiegħek jaħdmu tajjeb.
Għal aktar informazzjoni dwar l-avveniment li jmiss ta' Make it in Germany: Jum Ewropew għall-Impjiegi (online), żur Is-sit web ta’ Make it in Germany jew il-Paġna tal-avvenimenti tal-EURES.
Links relatati:
Is-sit web ta’ Make it in Germany
Il-paġna tal-avvenimenti tal-EURES
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Onlineli ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 14 Marzu 2019
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Kaxxa tal-għodda tal-UE għall-mobilitàAħbarijiet esterni tal-EURESIdeat u SuġġerimentiĠranet tax-Xogħol/AvvenimentiAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàŻgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Għajnuna u appoġġ
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles