Mur għall-kontenut ewlieni
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet1 Settembru 2022L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ: Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

Bħala parti mis-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ (EYY2022), qed nagħtu ħarsa lejn l-opportunitajiet disponibbli għaż-żgħażagħ fl-UE. Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (KES) joffri opportunitajiet tajbin ta’ volontarjat lokali u internazzjonali li huma ta’ benefiċċju għall-komunitajiet.

The European Year of Youth: The European Solidarity Corps

Kif tapplika għall-volontarjat

Tista’ tirreġistra fil-KES jekk għandek bejn is-17 u t-30 sena, iżda jrid ikollok mill-inqas 18-il sena meta tibda kollokament. Il-bażi tad-data tal-KES ta’ organizzazzjonijiet akkreditati tippermettilek issib id-dettalji ta’ kuntatt tal-organizzazzjonijiet u l-proġetti li qed ifittxu voluntiera f’firxa wiesgħa ta’ oqsma (eż. l-edukazzjoni u t-taħriġ, iċ-ċittadinanza u l-parteċipazzjoni demokratika, l-ambjent u l-protezzjoni naturali, il-migrazzjoni, il-kultura u l-għajnuna umanitarja), jew barra l-pajjiż jew f’pajjiżek stess. Wara li tkun irreġistrajt, tista’ tapplika għal opportunitajiet direttament mis-sit. Ladarba tintgħażel, kollox jiġi organizzat għalik.

Inkella, jekk ikollok idea dwar kif tista’ ttejjeb il-komunità lokali tiegħek, gruppi żgħar ta’ mill-inqas ħames żgħażagħ jistgħu jistabbilixxu u jimplimentaw proġett ta’ solidarjetà fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom għal bejn xahrejn u 12-il xahar. Il-grupp tiegħek se jieħu deċiżjonijiet dwar il-metodu ta’ ħidma u l-ġestjoni tal-proġett tiegħek, u jibbenefika wkoll mill-appoġġ ta’ kowċ.

Jekk m’intix ċert x’tip ta’ attività tal-KES tagħżel, agħmel il-kwiżż!

Kif tapplika bħala organizzazzjoni

Jekk inti organizzazzjoni li tixtieq tmexxi proġett tal-KES, tista’ tapplika permezz tal-formoli online mibgħuta lill-Aġenzija Nazzjonali rilevanti f’pajjiżek. Kull sena jiġu ppubblikati  żewġ sejħiet għal proposti. Jekk il-proġett tiegħek jiġi approvat, se jkollok aċċess għal grupp ta’ żgħażagħ motivati bejn it-18 u t-30 sena fuq il-portal tal-KES. L-organizzazzjoni tiegħek tkun tista’ tirreklama l-opportunitajiet, u tfittex u tikkuntattja parteċipanti potenzjali.

Il-finanzjament tal-KES għandu diversi vantaġġi għall-organizzazzjoni tiegħek, inkluż li:

  • jippermettilek tagħmel aktar;
  • jgħinek tisfrutta l-ħiliet u l-entużjażmu ta’ żgħażagħ motivati ħafna;
  • jippermettilek toħloq rabtiet maż-żgħażagħ billi toffrilhom esperjenza ta’ tagħlim sinifikanti;
  • jintroduċi ideat ġodda fix-xogħol ta’ kuljum tal-organizzazzjoni tiegħek;
  • jinkoraġġixxi rabtiet aktar b'saħħithom mal-komunità lokali.

Irreġistra issa biex tibda l-vjaġġ tal-KES tiegħek. Għal aktar informazzjoni dwar is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, ara l-artiklu tagħna dwar il-volontarjat.

 

Links relatati:

Irreġistra

Applika

Kwiżż

Formoli online
Aġenzija Nazzjonali

Sejħa għall-proposti

Volontarjat

 

Aqra aktar:

Il-Jiem tal-Impjiegi Ewropej

Sib Konsulenti tal-EURES

Kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Żgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
TaħriġL-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.