Fil-fatt skont Destatis, l-Uffiċċju Federali tal-Istatistika tal Ġermanja, ir-rata ta’ impjieg taż-żgħażagħ fil-Ġermanja fl-2016 (7.1%) kienet fl-iktar livell baxx tagħha mill-bidu tas-snin disgħin.
Il-programm "MobiPro-EU – L-Impjieg ta’ Ħajti" ġie stabbilit mill-gvern Ġermaniż fl-2013 biex jindirizza din il-kwistjoni billi jagħti liż-żgħażagħ minn Stati Membri oħra tal-UE b’rati ta’ qgħad ogħla, l-opportunità li jwettqu taħriġ vokazzjonali fil-Ġermanja.
Fl-2015, l-Aġenzija tal-Impjiegi tal-Kontea f’Bacau, li hija parti mill-EURES Rumanija, bdiet tipparteċipa fl-iskema wara li kienet mistiedna tikkollabora mas-Servizzi Internazzjonali ta’ Kollokament tal-Ġermanja (ZAV), li kienu responsabbli biex jirreklutaw trainees għall-programm.
EURES Rumanija ntalab jorganizza l-għażla ta’ kandidati ta’ bejn il-15 u l-25 sena interessati li jwettqu taħriġ vokazzjonali fil-Ġermanja. Huma bdew minnufih it-tħejjijiet għal avveniment ta’ reklutaġġ fuq il-post f’Bacau, li sar fi Frar 2015.
“Aħna għamilna reklami fil-midja, fuq il-portali nazzjonali u lokali u bgħatna wkoll emails u messaġġi fuq il-mowbajls liż-żgħażagħ kollha ta’ bejn il-15 u l-25 sena rreġistrati fil-bażi ta’ data tagħna, u infurmajnihom dwar dan il-proġett,” qalet il-Konsulent tal-EURES Alina-Elena Ciorchelia.
Alina-Elena u l-Maniġer tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Impjieg Rumena Florina Andreea Avram ħadu sehem fl-avveniment, flimkien ma’ żewġ rappreżentanti minn ZAV Rostock. 35 żagħżugħ u żagħżugħa attendew l-avveniment, bir-riżultat li 24 sabu kollokament fil-Ġermanja.
MobiPro-EU – L-Impjieg ta’ Ħajti kien ibbażat fuq is-sistema Ġermaniża Duale Ausbildung, li hija tip ta’ apprendistat doppju li jgħaqqad it-taħriġ fuq il-post tax-xogħol ma’ tagħlim ibbażat fil-klassi.
Skont Alina-Elena, din is-sistema doppja wriet li hija metodu ta’ suċċess biex iż-żgħażagħ Rumeni jiġu integrati fis-suq tax-xogħol Ġermaniż, peress li jiksbu mhux biss kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol, iżda wkoll għarfien tal-lingwa Ġermaniża u ħiliet oħra importanti tal-ħajja.
“B’dan il-mod, iż-żgħażagħ huma reklutati minn kumpaniji Ġermaniżi fi stadju bikri u jaħdmu u jistudjaw fl-istess ħin (bejn tlieta u erbat ijiem fil-kumpanija, u ġurnata sa jumejn l-iskola), jiksbu wkoll aktar fiduċja fihom infushom, jagħmlu ħbieb ġodda, jitgħallmu jkunu indipendenti u jaqilgħu l-għajxien tagħhom stess, kif ukoll jieħdu fuqhom responsabbiltajiet ġodda li ambjent ġdid li wieħed ikun qiegħed jgħix fih iġib miegħu,” spjegat Alina-Elena.
Il-proġett ipprovda appoġġ finanzjarju lill-parteċipanti, kemm għal korsijiet inizjali fil-lingwa fir-Rumanija, kif ukoll matul it-taħriġ vokazzjonali tagħhom fil-Ġermanja. Huwa kopra wkoll l-ispejjeż tal-ivvjaġġar għal intervisti u offra appoġġ biex jgħin lill-parteċipanti jidraw jgħixu u jaħdmu fil-Ġermanja.
Il-parteċipazzjoni ta’ EURES Rumanija fil-programm MobiPro-EU – L-Impjieg ta’ Ħajti kien eżempju tajjeb ta’ kollaborazzjoni ta’ suċċess bejn uffiċċju nazzjonali tal-EURES u l-gvern ta’ Stat Membru ieħor tal-UE.
Irriżulta li kien ta’ benefiċċju reċiproku għal dawk li kienu qed ifittxu xogħol fir-Rumanija li kienu lesti li jmorru barra minn pajjiżhom fit-tfittxija tagħhom għal opportunitajiet ta’ taħriġ, u għall-impjegaturi fil-Ġermanja li kienu qed ifittxu li jieħdu apprendisti ġodda biex jappoġġjaw in-negozji tagħhom.
‘MobiPro-EU – L-Impjieg ta’ Ħajti’ kienet skema pilota tal-gvern Ġermaniż li damet sejra erba’ snin, mill-2013 sal-2016. Aktar informazzjoni dwar il-programm hija disponibbli fuq is-sit web tal-programm.
Links relatati:
Destatis – Impjieg taż-żgħażagħ fil-Ġermanja
MobiPro-EU – L-Impjieg ta’ Ħajti
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 21 Ġunju 2018
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- L-aħjar prattika tal-EURESAħbarijiet esterni tal-EURESPartijiet interessati esterniĠranet tax-Xogħol/AvvenimentiAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàXejriet ta' reklutaġġStejjer ta' suċċessŻgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- L-Għajxien u x-Xogħol
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles