L-Avveniment Online Seize the Summer with EURES 2018 ġabar flimkien impjegaturi fl-oqsma tat-turiżmu u tal-industrija tal-ikel mill-Kroazja, il-Portugall, is-Slovenja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Greċja, Malta u Ċipru. Il-persuni li qegħdin ifittxu impjieg ipparteċipaw mill-UE u mill-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea kollha. Nastja hija Konsulent tal-EURES fis-Slovenja li għinet tikkoordina l-avveniment. Kien bis-saħħa tagħha li Clément, persuna li qed tfittex impjieg minn Franza li attendiet l-avveniment, sab impjieg f’lukanda ġewwa s-Slovenja. Isma lil Nastja, Clément u Teja li jirrappreżentaw lil LifeClass Hotels & Spa, impjegatur li qed jipparteċipa fl-avveniment, jiddiskutu l-esperjenza tagħhom.
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 6 Diċembru 2018
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/IntraprenditorijaĠranet tax-Xogħol/Avvenimenti
- Sezzjoni(jiet) relatati
- L-Għajxien u x-Xogħol