Tixtieq tirbaħ premjijiet sbieħ? Mill-10 ta’ Ġunju sal-21 ta’ Awwissu, se jkollok ċans tirbaħ billi tipparteċipa fil-kompetizzjoni!
Jekk inti ħaddiem, ibgħat ritratt jew vidjo ta’ mhux aktar minn 90 sekonda fejn fih taqsam l-esperjenzi tiegħek u l-benefiċċji ta’ xogħol iddikjarat, flimkien ma’ deskrizzjoni qasira. Inkludi s-slogan tal-kampanja ‘Iggwadanja’. Iddikjara. Ibbenefika’ u l-hashtag #EU4FairWork b’mod kreattiv. Tista’ tirbaħ tablet, kamera u ħafna aktar! Biex tipparteċipa fil-kompetizzjoni, tiskopri l-premjijiet kollha u tara xi suġġerimenti dwar kif tista’ tagħmel il-kontribuzzjoni tiegħek unika, żur hawnhekk.
Jekk inti impjegatur, ibgħat jew immaġni jew vidjo ta’ mhux aktar minn 90 sekonda li jirrappreżenta l-importanza ta’ xogħol iddikjarat għan-negozju tiegħek, flimkien ma’ deskrizzjoni qasira. Inkludi s-slogan tal-kampanja ‘Xogħol Ġust, Kompetizzjoni Ġusta’ u l-hashtag #EU4FairWork b’mod kreattiv. Tista’ tirbaħ vidjo korporattiv, vawċer ta’ taħriġ u ħafna aktar! Biex tipparteċipa fil-kompetizzjoni, tiskopri l-premjijiet kollha u tara xi suġġerimenti dwar kif tista’ tagħmel il-kontribuzzjoni tiegħek unika, żur hawnhekk.
Ir-rebbieħa fortunati se jitħabbru matul il-ġimgħa tas-7 ta’ Settembru, 2020.
Il-kompetizzjoni se ssir fil-kuntest tal-ewwel kampanja Ewropea għax-xogħol iddikjarat implimentata mill-Pjattaforma Ewropea li tindirizza x-xogħol mhux iddikjarat bil-parteċipazzjoni tal-ELA minn Marzu sa Ottubru 2020. Tixtieq issir taf aktar dwar attivitajiet oħra? Żur il-paġna web tal-kampanja hawnhekk.
Għinna nxerrdu l-messaġġ li x-xogħol iddikjarat jaqbillek u r-riżq!
Links relatati:
European Platform tackling undeclared work
European Labour Authority (ELA)
Aqra aktar:
Kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
L-EURES fuq Facebook
L-EURES fuq Twitter
L-EURES fuq LinkedIn
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 30 Lulju 2020
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- L-aħjar prattika tal-EURESTaħriġ EURESMidja soċjaliŻgħażagħ
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Għajnuna u appoġġL-Għajxien u x-Xogħol
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles