Mur għall-kontenut ewlieni
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet11 Ottubru 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Jista’ l-fatt li persuna tgħix barra minn pajjiżha jagħti spinta għall-awtokonoxxenza?

Skont l-Oxford Dictionary, l-awtokonoxxenza tista' tiġi definita bħala “l-għarfien konxju tal-karattru u s-sentimenti proprji”. Hija l-abbiltà tagħna li niddefinixxu min aħna bħala persuni, nifhmu l-valuri tagħna u nkunu nafu dak li rridu mill-ħajja.

Can living abroad boost your self-awareness?
EURES

Iżda dan kollu x’għandu x’jaqsam mal-għajxien barra l-pajjiż?

L-istudju

Studju riċenti minn grupp ta’ riċerkaturi minn Rice University, Columbia University, University fo North Carolina u mill-Massachusetts Institute of Technology esploraw ir-relazzjoni bejn il-fatt li persuna tgħix barra minn pajjiżha u l-livelli ta’ awtokonoxxenza tagħha. Huma sabu xi rabtiet interessanti.

L-istudju kien ibbażat fuq feedback minn kważi 2,000 persuna, inkluż xi wħud li kienu għexu barra mill-pajjiż u oħrajn li ma għexux barra minn pajjiżhom. Kif irrappurtat mill-World Economic Forum, ir-riżultati wrew li għajxien barra mill-pajjiż iżid l-awtokonoxxenza tal-persuni għaliex “jixpruna riflessjonijiet li jgħinuhom isiru jafu lilhom infushom dwar jekk partijiet mill-identità tagħhom tidentifikax eżatt min huma jew sempliċement tirriflettix it-trobbija kulturali tagħhom”. Fi ftit kliem, l-għajxien f’kultura barranija tisfidana nirriflettu fuq il-valuri veri tagħna u fuq min aħna – minflok sempliċiment naċċettaw il-valuri u s-sens tagħna nfusna li aħna mrobbijin bihom.

L-istudju sab ukoll li t-tul ta’ żmien li n-nies iqattgħu barra mill-pajjiż huwa aktar sinifikanti min-numru ta' pajjiżi li għexu fihom. Aktar ma jqattgħu żmien f’pajjiżi barranin, aktar għandhom ħin għal awtoriflessjoni.

Il-benefiċċji

Li jkollna livell għoli ta’ awtokonoxxenza jista' jgħinna nsaħħu r-relazzjonijiet, intejbu l-ħiliet tagħna u mmexxu l-ħajja tagħna f'direzzjoni pożittiva. Din issaħħaħ kemm il-kuntentizza kif ukoll il-fiduċja għaliex li nkunu nafu min aħna jfisser li nistgħu nagħmlu deċiżjonijiet li jwasslu għal kuntentizza aktar faċilment. Din twassal għal kunfidenza ikbar.

Dawn id-deċiżjonijiet mhumiex relatati biss mal-ħajja personali tagħna. Hemm ukoll evidenza li sens akbar ta’ awtokonoxxenza jista’ jkollu impatt pożittiv fuq l-impjieg, billi jtejjeb il-kapaċità tal-persuni li jieħdu deċiżjonijiet fuq il-post tax-xogħol u dwar il-karrieri tagħhom b’mod ġenerali.

Il-konklużjoni

Filwaqt li l-fatt li tgħix barra minn pajjiżek jista’ jkun avventura eċċitanti, din tista’ wkoll tkun ħafna aktar minn hekk. Jekk int diġà tgħix barra, iddedika ftit ħin għal awtoriflessjoni – qatt ma taf fejn din tista’ twasslek. U jekk għadek ma qbadtx dik it-triq, allura nisperaw li dan l-artikolu urik li hemm ħafna aktar aspetti għal din l-esperjenza minn dawk li forsi immaġinajt inti oriġinarjament.

 

Links relatati:

L-istudju ta' riċerka: The shortest path to oneself leads around the world: Living abroad increases self-concept clarity

World Economic Forum: What living abroad does to your self-awareness

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal- EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
Negozju/IntraprenditorijaAħbarijiet esterni tal-EURESPartijiet interessati esterniAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàAħbarijiet/rapporti/statistikaXejriet ta' reklutaġġŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.