X’inhu l-FSE?
L-FSE huwa wieħed mill-istrumenti ta’ finanzjament ewlenin tal-UE relatati mal-impjieg. Stabbilit fl-1957 bħala parti mit-Trattat ta’ Ruma, il-Fond qed jaħdem biex itejjeb l-opportunitajiet ta’ xogħol fi ħdan l-UE, fejn ilu jippromwovi l-impjieg u jagħti spinta lill-mobilità għal sitt deċennji.
X’inhuma l-prijoritajiet ewlenin tal-FSE?
Il-prijorità globali għall-FSE hija li jiffinanzja proġetti li jgħinu biex jiġu indirizzati erba’ sfidi ewlenin: l-impjieg, l-inklużjoni soċjali, l-edukazzjoni u s-servizzi pubbliċi.
Prijoritajiet speċifiċi jinkludu li:
- tiġi pprovduta edukazzjoni aħjar għaż-żgħażagħ;
- titnaqqas id-diskrepanza bejn l-iskola u x-xogħol;
- tingħata spinta lill-adattabilità tal-ħaddiema;
- jitjieb l-aċċess għall-impjieg;
- tingħata għajnuna liż-żgħażagħ biex jiżviluppaw il-ħiliet li qed ifittex is-suq tax-xogħol;
- tiġi promossa l-inklużjoni soċjali għal gruppi marġinalizzati;
- tingħata għajnuna lil nies żvantaġġjati biex jaħarbu mill-faqar permezz tax-xogħol;
- jitjiebu s-servizzi pubbliċi
Kif jaħdem l-FSE?
L-FSE jaħdem fi sħubija mal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali fl-Istati Membri tal-UE, fejn jipprovdihom b’finanzjament għall-programmi FSE tagħhom (uffiċjalment magħrufa bħala Programmi Operazzjonali). Dan il-finanzjament imbagħad jitqassam permezz tal-programmi lil proġetti fi ħdan il-pajjiż jew reġjun tagħhom. Il-livell ta’ finanzjament ipprovdut mill-FSE huwa bbażat fuq il-ġid relattiv tal-Istat Membru.
Lil min jappoġġja l-FSE?
L-FSE jiffinanzja eluf ta’ proġetti madwar l-Ewropa, li jvarjaw minn inizjattivi fuq skala żgħira li jappoġġjaw lin-nies fuq livell lokali, għal skemi nazzjonali li jimmiraw sezzjoni trasversali wiesgħa tal-popolazzjoni tal-pajjiż. Filwaqt li dawn jistgħu jvarjaw fid-daqs, fis-suġġett u fil-miri, in-nies jibqgħu fil-qalba ta’ kull wieħed.
Il-Fond jipprovdi wkoll appoġġ finanzjarju għal programmi tal-Kummissjoni Ewropea bħall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-iSkema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ, li t-tnejn li huma qed jgħinu liż-żgħażagħ jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom, jiksbu l-esperjenza u jieħdu l-ewwel passi tagħhom fis-suq tax-xogħol.
Kif tista’ tinvolvi ruħek?
Jekk inti organizzazzjoni li qed tfittex li tikseb finanzjament biex tniedi proġett relatat mal-impjieg, kulma għandek tagħmel hu li tikkuntattja lill-Awtorità Maniġerjali tal-FSE fil-pajjiż jew fir-reġjun tiegħek għal aktar informazzjoni.
Iż-żgħażagħ interessati li jieħdu sehem fi proġett iffinanzjat mill-FSE jistgħu wkoll isiru jafu aktar billi jikkuntattjaw lill-Awtorità Maniġerjali tal-FSE, jew billi jżuru s-siti web tal-FSE nazzjonali jew reġjonali. Is-servizz tal-impjieg pubbliku lokali tiegħek jista’ wkoll ikun sors kbir ta’ informazzjoni.
Reċentement tajna ħarsa aktar mill-qrib lejn l-iSkema ta’ Garanzija għaż-żgħażagħ u x’tista’ toffri liż-żgħażagħ, lin-negozji u lill-organizzazzjonijiet, allura għaliex ma ssirx taf aktar dwarha? Bl-istess mod, l-artikolu Erasmus+ jagħti ħarsa lejn wieħed mill-programmi ewlenin tal-Kummissjoni Ewropea għall-edukazzjoni, il-kultura, iż-żgħażagħ u l-isport.
Links relatati:
Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ
I-Skema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ
Tikkuntattja lill-Awtorità Maniġerjali tal-FSE fil-pajjiż jew fir-reġjun tiegħek
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien f’pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES
Servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
EURES fuq Facebook
EURES fuq Twitter
EURES fuq LinkedIn
EURES fuq Google+
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 12 Ġunju 2017
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Negozju/IntraprenditorijaIdeat u SuġġerimentiAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàXejriet ta' reklutaġġŻgħażagħ
- Settur
- Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles