Mur għall-kontenut ewlieni
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet28 Frar 2018L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

6 suġġerimenti dwar Microsoft Word sabiex ittejjeb l-effiċjenza tiegħek

Microsoft Office huwa wieħed mill-aktar pakketti tas-softwer popolari fid-dinja, b’madwar 1.2 biljun utent. Parti integrali ta’ dan il-pakkett hija Microsoft Word u x’aktarx fil-ħajja tax-xogħol jew personali tiegħek inti ltaqjt ma’ Word bosta drabi.

6 Microsoft Word tips to boost your efficiency

Dan huwa programm versatili b’mijiet ta’ karatteristiċi intelliġenti u shortcuts utli. F’dan l-artiklu, aħna se nitkellmu dwar uħud mill-favoriti tagħna, u nittamaw li dawn ikunu ta’ għajnuna għalik sabiex il-ħin li tqatta’ fuq Word ikun aktar effiċjenti u effettiv.

Jenħtieġ li jiġi nnotat li f’dan l-artiklu aħna se nkunu qed nirreferu għal Word 2016, għalhekk jekk inti għandek xi verżjoni preċedenti, jista’ jkun li wħud mill-karatteristiċi ma jkunux disponibbli.

Clear All Formatting (Neħħi l-Ifformattjar Kollu)

Fl-opinjoni umli tagħna, “Neħħi l-Ifformattjar Kollu” hija waħda mill-aħjar bidliet li saru f’Word sa mit-tneħħija tal-karatteristika mhux daqstant popolari “paperclip”. Kif jissuġġerixxi l-isem, din il-karatteristika tneħħi malajr u faċilment l-ifformattjar kollu minn test magħżul, u tagħti lura lil dak it-test l-issettjar default.

Għaliex dan huwa daqstant utli? Ngħiduha kif inhi, jekk xi darba kkupjajt u ppejstjajt test minn post ieħor (pereżempju mill-internet) f’Word, probabbli nnutajt li inti mhux biss ikollok kopja tal-kliem: iżda wkoll tal-ifformattjar kollu. Li jkollok tbiddel id-daqs tal-font, it-tip tal-font, il-kulur tal-font u l-ispazjar tal-linji kull darba huwa proċess li jieħu l-ħin – u xi drabi tispiċċa b’elementi li, tipprova kemm tipprova, ma tkunx tista’ tbiddilhom. “Neħħi l-Ifformattjar Kollu” tneħħilek din il-problema billi sempliċiment tikklikkja buttuna (Home > Font > ‘Clear All Formatting’ icon li tinsab fuq nett fuq il-lemin).

Format Painter (Ikkopja l-Format)

Dwar l-istess tema tal-ifformattjar, “Ikkopja l-Format” tippermettilek tikkopja l-ifformattjar minn post għall-ieħor. L-użu ta’ din il-karatteristika huwa malajr u faċli; jeħtieġlek biss tenfasizza l-ifformattjar li trid tikkopja, tagħżel l-għodda “Ikkopja l-Format” (Home > Clipboard > Format Painter) u mbagħad tikklikkja fuq it-test li tixtieq tapplikalu din il-karatteristika. Jekk tikklikkja darba fuq din l-opzjoni se tkun tista’ tikkopja l-ifformattjar darba biss qabel l-għodda tiġi diżattivata. Jekk tikklikkja darbtejn, l-opzjoni se tinżamm mixgħula u se tkun tista’ tikkopja l-istess ifformattjar bosta drabi.

Styles (Stili)

“Stili” huma bażikament forma aktar avvanzata tal-għodda “Ikkopja l-Format”. Għalkemm mal-ewwel daqqa t’għajn jaf ikunu skoraġġanti, fil-verità dawn huma mod kif inti tista’ tiddefinixxi minn qabel oġġetti bħlama huma d-daqs tal-font, il-kulur tal-font, l-ispazjar tal-linji, eċċ. Dan jista’ jkun partikolarment utli f’dokument itwal u se jgħinek tevita li jkollok tiskrollja lura f’paġni tat-test sabiex issib l-ifformattjar partikolari li tkun trid tikkopja.

Ladarba jkollok l-istili ssettjati, inti tista’ tapplikahom mill-ewwel fid-dokument tiegħek. Il-kwadru tal-wiri tal-istili jista’ jinstab taħt Home > Styles u fuq in-naħa tal-lemin tal-kwadru hemm tliet vleġeġ – ‘il fuq, ‘l isfel u ‘l isfel b’linja fuq il-vleġġa. Jekk tikklikkja t-tielet opzjoni inti tkun tista’ toħloq l-istili tiegħek.

Werrej

Li ddaħħal werrej huwa proċess pjuttost sempliċi u, qabel xejn, li ssib l-opzjoni tista’ tkun waħda mill-aktar partijiet diffiċli. Minflok tinsab taħt it-tab “Insert” (Daħħal) kif wieħed jista’ jistenna, l-opzjoni tal-werrej tinsab taħt References > Table of Contents. Jekk tikklikkja fuq “Werrej” se jinfetaħ menu li jinżel li fih kwalunkwe tabella default li tista’ tinħoloq fid-dokument tiegħek.

Issa inti għandek żewġ opzjonijiet: li tuża tabella default jew li toħloq waħda personalizzata. Jekk inti ma tridx tippersonalizza t-tabella tiegħek, jew ma tħossokx kunfidenti fl-istili, f’dak il-każ x’aktarx li l-aħjar għażla tkun li żżomm ma’ waħda mit-tabelli default. Ikklikkja fuq it-tabella sabiex iżżidha fid-dokument tiegħek u tkun tista’ tipproċedi.

Jekk inti diġà bdejt tuża xi ftit mill-istili tal-intestatura default (normalment magħrufa bħala ‘Heading 1’, ‘Heading 2’ jew ‘Heading 3’), f’dak il-każ kwalunkwe intestatura b’dawn l-istili se tidher awtomatikament fil-werrej. Jekk dan ma jsirx u t-tabella tiegħek hija vojta, tinkwetax – inti tista’ tagħżel l-intestaturi li tixtieq tinkludi b’mod manwali. L-ewwel nett, enfasizza l-intestatura inkwistjoni. Imbagħad, mur fuq l-opzjoni “Add Text” (Żid it-Test) u finalment agħżel il-livell xieraq. Meta terġa’ taġġorna l-werrej tiegħek, l-intestaturi se jidhru.

Peress li t-tabelli personalizzati huma ftit aktar ikkumplikati, ħallejna f’idejn l-esperti ta’ Microsoft biex jispjegaw il-proċess, u għalhekk jekk inti trid li jkollok kontroll sħiħ tat-tabella tiegħek kun ċert li tagħti ħarsa lejn il-parir tagħhom.

Irrepeti l-aħħar azzjoni tiegħek (F4)

Xi drabi ħidma fi programm bħal Word tista’ tinvolvi azzjonijiet ripetuti. L-aħbar tajba hi li minflok ikollok tirrepeti l-azzjoni kull darba b’mod manwali, inti tista’ sempliċiment tagħfas F4 sabiex tirrepeti b’mod awtomatiku l-aħħar azzjoni tiegħek kemm-il darba trid. Dan ma japplikax biss għal Word; is-shortcut F4 taħdem ukoll f’Microsoft PowerPoint u Excel u tiffranka ħafna ħin.

Simple Markup (Reviżjoni Semplifikata)

Il-karatteristika “Track Changes” (Reviżjonijiet) ilha teżisti bosta snin, iżda edizzjoni aktar riċenti hija l-opzjoni “Reviżjoni Ssimplifikata” (Review > Tracking > ‘Simple Markup’ fil-kaxxa li tinżel). Din il-karatteristika togħoġobna partikolarment minħabba li tippermettilek tara fejn tkun saret bidla kif ukoll ir-riżultat finali, mingħajr ma inti jkollok għalfejn tfittex b’diffikultà fir-reviżjonijiet (li, jekk inti jkollok bosta edituri, jaf joħloq konfużjoni!).

Jekk inti tixtieq tara x’kienet bidla partikolari, tista’ sempliċiment tikklikkja fuq il-linja l-ħamra fuq in-naħa tax-xellug tat-test u dan jattiva l-karatteristika kompletament.

Dawn huma s-6 suġġerimenti dwar Microsoft Word sabiex ittejjeb l-effiċjenza tiegħek. Ovvjament, hemm ħafna aktar karatteristiċi u shortcuts tajbin disponibbli f’Word, iżda dawn huma ftit li aħna nsibu partikolarment utli. Nittamaw li inti wkoll!

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta’ Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Onlineli ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

Temi
L-aħjar prattika tal-EURESTaħriġ EURESAħbarijiet interni tal-EURES
Sezzjoni(jiet) relatati
Għajnuna u appoġġL-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.