Mur għall-kontenut ewlieni
EURES
Artiklu tal-aħbarijiet18 Settembru 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

5 suġġerimenti biex toħloq post tax-xogħol ta' suċċess

Il-persuni li timpjega huma l-qalba tan-negozju jew tal-organizzazzjoni tiegħek. Jekk inti għandek żewġ membri tal-persunal jew mitejn, dawn huma dawk li jmexxu l-kumpanija tiegħek 'il quddiem u jgħinuk tilħaq l-għanijiet tiegħek. Filwaqt li xi kultant, huwa diffiċli li tikseb bilanċ bejn is-sodisfazzjon tal-persunal u l-bżonnijiet u d-domandi tal-kumpanija – u inti qatt m'inti se tkun tista' tagħmel lil kulħadd kuntent il-ħin kollu – aħna fformulajna xi suġġerimenti sabiex ngħinu biex il-post tax-xogħol tiegħek ikun ta' suċċess...

5 tips for creating a thriving workplace

Oħloq ambjent tax-xogħol tajjeb

Ħadd ma jixtieq jaħdem f'post tax-xogħol monotonu, li ma jispirax lill-impjegati Għaliex ma tintroduċix ftit kulur fl-ambjent tiegħek? Pjanti? Dekorazzjonijiet? Mod tajjeb kif iżżomm il-moral tal-persunal ogħli huwa billi tiddedika "żoni ta' rilassament" jew kmamar tal-persunal komdi fejn il-persunal jista' jmur biex jirrilassa u jissoċjalizza matul il-brejks, kif ukoll billi tiżgura li l-għadd tal-faċilitajiet li inti tipprovdi jaqbel mal-għadd tal-persunal li inti għandek.

Isma' x'qed jgħidlek il-persunal tiegħek

Li twettaq stħarriġ fost il-persunal jista' jgħinek tibni relazzjoni mal-impjegati tiegħek u ssir taf x'qed jaħsbu – iżda dan huwa utli biss jekk inti taġixxi fuq ir-riżultati. Dejjem se jkun hemm feedback pożittiv u negattiv, iżda jekk hemm temi rikorrenti li qegħdin jibqgħu jiffaċċjaw, allura dan jissuġġerixxi li hemm oqsma speċifiċi li fihom għandu jsir it-titjib. U jekk l-impjegati tiegħek jaraw li inti qed tipprova tindirizza kwistjoni li huma qajmu, dan ser jispira fihom il-fiduċja u tkun qed turihom li inti tirrispetta l-opinjonijiet tagħhom.

Kun kemm jista' jkun trasparenti

Fin-negozju, kuljum ser isiru tibdiliet u ser jittieħdu deċiżjonijiet fil-livell maniġerjali. Iżda meta dawk id-deċiżjonijiet ser jaffettwaw direttament lill-forza tax-xogħol tiegħek, din tkun f'riskju li tħossha maqtugħa u inċerta jekk kull ma tara huwa r-riżultat aħħari. Filwaqt li hemm diversi aspetti amministrattivi li mhuwiex possibbli li taqsamhom mal-forza tax-xogħol tiegħek, il-fatt li tippermetti lill-forza tax-xogħol tifhem kif u għaliex ittieħdet deċiżjoni (fejn ikun possibbli) jista' jgħin biex ikabbar il-fiduċja u jtaffi kwalunkwe tħassib li din jista' jkollha.

Appoġġja l-bżonnijiet ta' taħriġ u ta' apparat

F'kumpanija ta' kwalunkwe daqs sinifikanti, huwa impossibbli, saħansitra anke għall-aqwa tim amministrattiv li jkun jaf fid-dettall ir-rwol ta' kull impjegat. Din hija r-raġuni għala huwa importanti li tafda fil-ġudizzju tal-persunal tiegħek fir-rigward tal-bżonnijiet tiegħu stess tat-taħriġ, il-ħardwer u s-softwer. Jekk xi ħadd ikun qed jitlob għodda jew biċċa softwer speċifiku, probabbli dan għandu raġuni tajba għal dan – forsi ser tgħinu jsir aktar effiċjenti u permezz ta' din l-għodda jew softwer se jkun jista' jindirizza kompiti aktar kumplessi. Filwaqt li, naturalment, għandha tiġi kkunsidrata l-karta bilanċjali ta' kwalunkwe kumpanija, xi kultant li tinvesti issa fil-bżonnijiet tal-persunal tiegħek, iġib miegħu premjijiet akbar fil-futur.

Agħti premjijiet u bonusijiet

Fir-rigward tal-premjijiet, huwa importanti li toffri lill-persunal tiegħek inċentivi biex jaħdmu bl-aħjar kapaċitajiet tagħhom u li jiġu rikonoxxuti meta jagħmlu dan. Miri, bonusijiet u programmi ta' premjijiet huma modi eċċellenti ta' kif issaħħaħ l-inizjattiva tal-persunal u tagħtihom għan speċifiku biex jaħdmu għalih. Dan juri wkoll li inti tapprezza x-xogħol iebes tagħhom u l-impenn tagħhom lejn il-kumpanija tiegħek, li min-naħa l-oħra, jista' jsaħħaħ il-lealtà tal-persunal!

Għaldaqstant, hawn għandek il-5 suġġerimenti li jgħinuk iżżomm lill-persunal tiegħek kuntent u li żżomm il-post tax-xogħol tiegħek ta' suċċess. U jekk inti interessat/a ukoll li ttejjeb il-produttività, kun żgur li tiċċekkja l-5 applikazzjonijiet li jagħmluk aktar effettiv fuq ix-xogħol biex tikseb parir utli li inti tista' tgħaddi lill-persunal tiegħek.

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi ta' Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
Ideat u Suġġerimenti
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.