Mur għall-kontenut ewlieni
EURES (EURopean Employment Services)
Artiklu tal-aħbarijiet5 Diċembru 2017L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

5 raġunijiet għala huwa ta' min wieħed jingħaqad ma' kumpanija għadha tiftaħ

Wara li temm l-edukazzjoni tiegħu fiċ-Ċina, il-Kap tal-Ġestjoni tal-Kontijiet Håvard Stjernen (29) iddeċieda li jirrifjuta offerta ta' impjieg fin-Norveġja u ngħaqad ma' kumpanija Ġermaniża li kienet għadha tiftaħ. Hawnhekk huwa jispjega għaliex.

5 reasons for joining a startup
EURES

1. Ħajja eċċitanti

L-affarijiet jinbidlu kontinwament f'kumpanija għadha tiftaħ. Dejjem ikun hemm proġett, skadenza, persuna, idea, kunċett jew laqgħa ġdida. F'ħakka t'għajn tista' titlef xi ħaġa eċċitanti. Xejn mhu ser jagħtik l-istess tqanqil ta' pjaċir fil-ħajja tax-xogħol professjonali tiegħek. L-ebda ambjent ieħor mhu ser jagħtik daqshekk għarfien fi żmien daqshekk qasir. Sena ta' esperjenza f'kumpanija għadha tiftaħ hija ekwivalenti għal sentejn jew tliet snin ta' esperjenza f'korporazzjoni kbira b'aktar storja. Allura jekk inti żagħżugħ/a u għatxan biex tibni karriera, l-għażla li tibda taħdem għal kumpanija li tkun għadha tiftaħ ser tagħtik bidu mill-aqwa.

2. Impjieg li jagħtik sodisfazzjon

Kumpaniji li jkunu għadhom jiftħu ma jirreklutawx interns biex joqogħdu jirranġaw il-karti u jagħmlu l-kafè. Dawn jirreklutaw interns biex jagħmlu xogħol importanti għall-kumpanija. Fuq il-kuntratt tiegħek jaf ikollok miktub "internship" iżda inti ser tiġi ttrattat bl-istess mod daqslikieku inti impjegat full-time. F'kumpanija li tkun għadha tiftaħ, inti jkollok impatt akbar fuq id-direzzjoni tan-negozju u ta' spiss tħossok ferm aktar kunfidenti u komdu/a fir-rwol tiegħek. Kumpanija li tkun għadha tiftaħ huwa l-post ideali biex teżamina lilek innifsek u ssir taf x'issarraf inti stess u liema direzzjoni inti tista' tieħu fil-karriera tiegħek.

3. Mhuwiex faċli

Ma tħossokx komdu/a f'sitwazzjonijiet stressanti? L-aspettattivi jqanqlulek it-tensjoni? Allura inti m'għandekx tingħaqad ma' kumpanija li tkun għadha tiftaħ.Għaliex? Għaliex xejn ma huwa bla intoppi. Anke wħud mill-aktar impriżi ġodda famużi, bħal Uber u Airbnb għad għandhom sfidi li jridu jegħlbu. Xejn ma jsir għaliex "dan huwa l-mod ta' kif aħna dejjem għamilna l-affarijiet hawnhekk". Kumpanija li tkun għadha tiftaħ tistinka biex tiġi rikonoxxuta u biex jirnexxielha tagħmel dan trid taħdem aktar, għal ħin itwal u b'iktar bis-saħħa. Danil-proċess huwa mgħaġġel u mimli taħbit, b'persuni għatxana għas-suċċess. Xi drabi jaf tħossok qisek trid tiġġieled biex sempliċiment tlaħħaq max-xogħol, iżda kemm il-kumpaniji kif ukoll il-persuni li jagħmlu dak l-isforz żejjed jiġu ppremjati. Il-fatt li wieħed jaħdem f'negozju ġdid huwa esperjenza essenzjali sabiex wieħed ikun jaf kif għandu jindirizza l-inċertezza. F'kumpanija li tkun għadha tiftaħ, inti kuljum ser tħoss emozzjoni ta' inċertezza u ser titgħallem kif għandek iġġib ruħek b'mod effiċjenti f'sitwazzjonijiet kummerċjali mhux familjari.

4. "Kollox" huwa possibbli

Ta' spiss, in-negozji ġodda għandhom struttura b'livell wieħed u jiżviluppaw b'ritmu mgħaġġel. Dan ifisser li inti tista' timplimenta u tittestja l-ideat u l-kunċetti tiegħek malajr u bir-reqqa. Inti verament ikollok l-opportunità li tittestja l-limiti ta' dawk l-affarijiet li organizzazzjoni hija kapaċi tikseb f'perjodu ta' żmien qasir. Rari ħafna ser issib il-burokrazija, allura jekk għandek xi idea tajba huwa faċli li din tingħata l-ħajja f'perjodu ta' żmien qasir. Ta' spiss, in-negozji ġodda jkunu lesti li jmorru oltre meta jittestjaw xi ħaġa ġdida, allura għal persuni kreattivi, dan verament huwa ambjent tajjeb.

5. Kun promoss malajr

Meta taħdem f'negozju ġdid, inti ser tiġi rikonoxxut għax-xogħol siewi tiegħek. Minħabba l-istruttura u l-pass mgħaġġel imsemmija qabel, dawk il-persuni li jagħmlu sforz speċjali jiġu ppremjati. Jien bdejt naħdem ma' CupoNation sentejn ilu, u minn Maniġer tal-Kontijiet diġà ġejt promoss għal Maniġer Superjuri tal-Kontijiet u issa għal Kap tal-Ġestjoni tal-Kontijiet. Naturalment, dan ma kienx ikun possibbli mingħajr ħafna xogħol iebes, iżda meta kumpanija tkun qiegħda tespandi malajr, din tiftaħ pożizzjonijiet ġodda aktar ta' spiss minn kumpanija stabbilita.

 

Links relatati:

CupoNation

Uber

AirBNB

 

Aqra aktar:

Jiem l-Impjiegi Ewropej

Drop’pin@EURES

Sib Konsulent tal-EURES

Kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien fil-pajjiżi tal-EURES

Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegi tal-EURES

Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi

Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES

Avvenimenti Online li ġejjin

L-EURES fuq Facebook

L-EURES fuq Twitter

L-EURES fuq LinkedIn

L-EURES fuq Google+

Temi
Negozju/IntraprenditorijaL-aħjar prattika tal-EURESIdeat u SuġġerimentiAħbarijiet dwar is-suq tax-xogħol/aħbarijiet dwar il-mobilitàStejjer ta' suċċessŻgħażagħ
Sezzjoni(jiet) relatati
L-Għajxien u x-Xogħol
Settur
Accomodation and food service activitiesActivities of extraterritorial organisations and bodiesActivities of households as employers, undifferentiated goods- and servicesAdministrative and support service activitiesAgriculture, forestry and fishingArts, entertainment and recreationConstructionEducationElectricity, gas, steam and air conditioning supplyFinancial and insurance activitiesHuman health and social work activitiesInformation and communicationManufacturingMining and quarryingOther service activitiesProfessional, scientific and technical activitiesPublic administration and defence; compulsory social securityReal estate activitiesTransportation and storageWater supply, sewerage, waste management and remediation activitiesWholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles

Ċaħda

L-artikoli huma maħsuba biex jipprovdu lill-utenti tal-portal tal-EURES b'informazzjoni dwar suġġetti u xejriet kurrenti u biex jistimulaw id-diskussjoni u d-dibattitu. Il-kontenut tagħhom mhux bilfors jirrifletti l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) jew tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, EURES u ELA ma japprovawx websajts ta' partijiet terzi msemmija hawn fuq.